A Huge Success for Żabbar Primary A in SUPERTMATIK Mental Maths Competition

SUPERTMATIK Mental Maths is a worldwide mathematical challenge for pupils aged 6 to 15 and aims to develop and consolidate their mental mathematics skills. This competition promotes interest in mental mathematics and encourages students to improve their skills in mental calculations through playing a game.

This year, this competition was open for 6 year olds (Year 2 pupils) for the first time. Zabbar Primary A, participated in this online challenge and it has been a huge success.

Before the online final, students from different classes competed against each other in order to have the school champion, first runner-up and second runner-up. These three finalists participated in the Grand Online Final and out of 11,550 competitors from all over the world;

Kelsey Spiteri (Year 2.1) placed 6th

Nicolai Mangion (Year 2.1) placed 7th

Liam Bonnici (Year 2.5) placed 10th.

A very big well done to Kelsey, Nicolai and Liam who placed with the top 10. We are so proud of your talent in mental mathematics.

 

SUPERTMATIK hija logħba li tgħin lit-tfal isaħħu l-ħiliet tagħhom fil-matematika għax iridu jaħdmu s-somom billi jħaddmu moħħhom. Kull sena tiġi organizzata kompetizzjoni fuq livell internazzjonali miftuħa għal tfal ta’ bejn is-sitta u l-ħmistax -il sena. It-tfal li jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni jingħataw l-opportunità li jsaħħu l-ħiliet tagħhom fil-matematika permezz tal-logħob.

Din is-sena, għall-ewwel darba, il-kompetizzjoni kienet miftuħa għal tfal ta’ sitt snin (tat-tieni sena). L-Iskola Primarja A ta’ Ħaż-Żabbar ħadet sehem u l-parteċipazzjoni kienet tassew suċċess.

Qabel il-parteċipazzjoni fil-finali onlajn, l-ewwel saret kompetizzjoni bejn it-tfal minn klassijiet differenti biex ġew magħżula tliet finalisti li setgħu jirrappreżentaw lill-iskola fil-Grand Online Final. Minn 11,550 kompetitur minn madwar id-dinja kollha;

Kelsey Spiteri (Klassi 2.1) ġiet fis-sitt post,

Nicolai Mangion (Klassi 2.1) ġie fis-seba’ post,

Liam Bonnici (Klassi 2.5) ġie fl-għaxar post.

Tassew ninsabu kburin li rnexxilhom jiġu mal-ewwel għaxra minn tant parteċipanti. Prosit tassew lil Kelsey, Nicolai u Liam.

This entry was posted in Events. Bookmark the permalink.