Ħarġa mal-Ġenituri

F’Ottubru 2013 aħna Ms L. Gauci (K2.1) u Ms J. Bugeja (K2.8) organizzajna ħarġa mat-tfal tal-klassi u mal-ġenituri tagħhom. L-għan ewlieni għal din il-ħarġa kien li nsiru nafu aktar lil xulxin biex b’hekk tikber il-kooperazzjoni ta’ bejnietna.

Iddeċiedejna li mmorru r-Rabat. L-ewwel waqfa tagħna kienet fil-kappella tal-Madonna tad-Dmugħ fejn Fr.Colin qaddes quddiesa ta’ ringrazzjament.

Fil-Kappella tal-Madonna Tad-Dmugħ

Fil-Kappella tal-Madonna Tad-Dmugħ

Wara l-quddiesa morna ġewwa lokalita’ fir-Rabat fejn kilna xi ħaġa żgħira u fejn it-tfal lagħbu fuq il-jumping castles. F’dan il-waqt il-ġenituri ħadu l-opportunita’ sabiex jitkellmu fil-kwiet bejniethom u jsiru jafu aktar lil xulxin.

Nistgħu ngħidu li l-iskop ta’ din il-ħarġa intlaħaq. Dan intwera ċar mill-feedback pożittiv li ħadna mingħand il-ġenituri. Huma tant ħadu gost li ssuġġerew li ssir ħarġa oħra ta’ dan it-tip fi żmien il-Milied. Jekk ma jinqala’ xejn qed nippjanaw li nagħmlu oħra fl-aħħar tas-sena skolastika.

X’qalu l-ġenituri…

…din il-ħarġa kienet tassew tajba biex inkunu nafu li t-tfal tagħna huma kuntenti.

Hi xi ħaġa sabiħa li tiltaqa’ mal-għalliema mhux biss dawk il-ftit minuti meta joħorġu t-tfal.

Jien naħdem u l-ġenituri tat-tfal ma nafhomx.  Permezz ta’ din il-ħarġa ltqajt u tkellimt ma’ ħafna minnhom.

…nixtieq kieku li nerġgħu noħorġu mat-tfal biex it-tfal jagħmlu kuraġġ imorru l-iskola.  

…nixtieq li bħal din l-attivita’ jkollna aktar matul is-sena skolastika…

…naħseb li serviet ta’ ġid ukoll għalina l-ġenituri li nkunu qrib ta’ ġenituri oħra…

…kellna outing mat-tfal flimkien mal-għalliema tagħhom.  Din il-ħarġa t-tfal kienu looking forward mmens għaliha għar-raġuni li qatt ma kellhom outing hekk.  

… I think the activity served as a good opportunity to get to know the other parents.  In particular, I liked the fact that we started off with a mass as it served to reinforce certain values in the kid.  The kids enjoyed themselves as well.  If the majority of the other parents are in favour of organising another outing I’ll come.

 It was a really great idea because it gave us the opportunity to meet the teacher casually not only during the parents day.  We had the time to talk to her, get to know her better, joke and laugh over a nice cup of tea.

 I also had the opportunity to meet my son’s classmates whom he mentions all the time.