Book Week Activities – P.2.4

P4240717

 Il-klassi tagħna Year 2.4, ħadna t-tema tal-qari bħala t-tema ewlenija matul is-sena skolastika kollha.  Dan sar billi esplorajna forom differenti ta’ kitba. Qrajna kotba bi stejjer differenti; kemm stejjer veri u kemm stejjer fittizji. Tgħallimna dwar l-awturi u d-disinjaturi tal-kotba. Qrajna kotba kemm online, kemm magazines u anki użajna kotba tar-riċetti. Matul kull ġimgħa, flimkien bħala klassi, għażilna topiks differenti u ktibna stejjer kemm individwali u anki fi gruppi. Wara kull lezzjoni mbagħad, kulħadd qara l-istorja li kiteb. Din l-esperjenza għenet lit-tfal jesploraw u jesperimentaw bil-kreattivita’ tagħhom, filwaqt li tgħallmu flimkien u minn xulxin.

 Fil-Ġimgħa tal-Ktieb użajna l-istorja ‘Serafin il-prinċep-denfil’. Għażilna dan il-ktieb għax minbarra li fih tagħlima dwar l-umilta’, aħna nemmnu li għandna nieħu ħsieb l-ambjent, inkluż il-baħar. Iddiskutejna wkoll dwar l-iskart li m’għandnix narmuh, speċjalment fil-baħar, anzi nirriċiklaw kemm nistgħu. Bħala proġett għal din il-ġimgħa tal-ktieb, stedinna klassi tal-Year 1 biex jiġu fil-klassi tagħna. L-ewwel urejnihom video clip dwar id-dniefel, imbagħad kull tifel u tifla fil-klassi tagħna, qara parti mill-istorja. Din kienet esperjenza sabiħa kemm għat-tfal li semgħu u anki għat-tfal li qraw. It-tfal li qraw għamlu mezz li jaqraw b’intonazzjoni tajba biex b’hekk l-istorja tinstema’ isbaħ. Wara, kulmin ħa sehem u kulmin sema’ l-istorja, ingħata book mark bħala tifkira sabiex jitħeġġeġ iktar il-qari fit-tfal. Bħala follow-up ta’ din l-istorja, bħala klassi tal-Year 2.4, it-tfal fi gruppi, qabdu karattru jew sitwazzjoni mill-istorja u kitbu paragrafu qasir dwaru.

P4240729

Għamlu wkoll kuxins dwar partijiet mill-istorja, minn karti rriċiklati.

Dawn il-kuxins għamilnihom forma ta’ display fil-klassi.

Ms. M. Dalli u Ms.S. Lahmar    P2.4