Book Week Activities – P2.2

L-istorja li għażilt għal ‘Book Week’ din is-sena kienet ‘Il-Fenek u l-Fekruna’. Lit-tfal għidtilhom l-istorja bil-Malti filwaqt li wrejthom l-istampi.  Aktar tard irrepetejt l-istorja bl-Ingliż.  It-tfal ingħataw ktejjeb  bl-Ingliż fejn kellhom taħriġ il-fehem, kitba kreattiva u tpinġija relatata mal-istorja.  Ingħatat ukoll ‘template’ ta’ fenek u fekruna u wara li tpinġiet, twaħħlet ma’ parti minn kaxxa taċ-ċereali u t-tfal qasqsu madwarha.

L-istorja reġgħet inqrat bil-Malti lit-tfal tal-ewwel sena filwaqt li ntweriet ‘power point’ tal-istorja bl-istampi.  Bħala għalliema staqsejt xi mistoqsijiet dwar l-istorja.  Wara tlabt lit-tfal tat-tieni sena biex jgħidu siltiet mill-istorja fi kliemhom lit-tfal tal-ewwel sena.

Minn din l-istorja t-tfal tgħallmu li biex tirnexxi trid tagħmel ħiltek dejjem u li ma għandna qatt nidħku b’ħaddieħor.  Minbarra li ħadu gost, dan għenhom biex jisimgħu lil xulxin u ma jistħux jitkellmu quddiem l-oħrajn.

Ms Maria Daniela Schembri – P2.2