EKO Skola 2017-2018

European Week For Waste Reduction – 18-26th November 2017

Poeżija:

Insewwi flok Narmi

Għandi toqba f’dan il-flokk,
Bl-inkwiet rasi qed inħokk,
Għal flok il-ġdid tgħid indur?
Jew għand il-ħajjat immur?

Tgħid naqtagħlu dawn il-kmiem?
Imma ma nilbsux f’kull żmien?
Din l-idea għandi bżonn
U hekk dan il-flokk inżomm.

X’biċċa ġrali! X’waħda din!
Inqatali ċ-ċintorin!
Imma x’naqbad nagħmel bih?
Tgħid inwarrbu, jew narmih?

Imma le, dan ma nagħmlux
Għaliex aħna ma narmux
Erġajt mort għand l-iskarpan
U bħal ġdid reġa’ ġie dan.

Iii tqattali l-qalziet!
Nixtri ieħor jew narmih?
Kieku kelli nsewwih
Xorta nibqa’ noħroġ bih.

Tabella nħit fuqu
Ta’ reġina jew mutur
Il-qalziet nirranġah żgur
Ħalli bih inkompli ndur.

Kont qed nilgħab bil-ballun
X’ħin tqattagħli ż-żarbun
X’nagħmel? Naqbad u narmih?
Jew inkella insewwih?

Għand l-iskarpan nerġa’ mmur,
Lilu nagħti kull unur,
Jekk jirranġa ż-żarbun,
Sabiex nilgħab bil-ballun.

Sibt rota ċkejkna fil-garaxx
Li narmiha? Ma tarax!
Braxtha ftit, tajtha l-kulur
Biha ħija ż-żgħir idur.

Sibt mqass li m’għadux jaqta’
Dlonk narmih? nizbarazza?
Le. Nieħdu għand is-sennien
Jiġi jaqta’ bħal ma kien.

It-tyre tal-karozza tqatta’
Inneħħih u narmih barra?
Ġewwa l-ġnien jien inpoġġih
Niżra’ fjuri kollha fih.

Tirranġa u terġa’ tuża
Hi frażi tassew bżonjuża
Issegwiha faċilment
Jekk inti tħobb daqshekk l-ambjent!

Jekk intom tagħmlu bħalna
Għax ħadd ma jibda jġagħlna
Hekk ngħixu kollha bl-unur
Li nafu naħsbu għall-futur!

Miktuba mill-għalliema tat-tieni sena:
Ms D. Seisun Incorvaja
Ms A. Sapiano
Ms F.Debono
Ms M.Vella Montebello
Ms M. Buttigieg Brooks