Għeżież Ġenituri/Kuraturi,
Din is-sena, l-iskola ser issellef kotba li intom tkunu tistgħu taqraw lit-tfal jew flimkien mat-tfal tagħkom. Dawn il-kotba ser ikunu mmarkati b’bookmark apposta (Ara Figuri A u B)
Figuri A u B
X’għandi nagħmel biex naqra ktieb lit-tifel/tifla tiegħi?
- Sib il-ħin għall-qari
Sib post kwiet fejn m’hemm xejn li jista’ jtellef lit-tfal – itfi t-televiżjoni, il-kompjuter u l-mowbajl.
- Ħajjar lit-tifel/tifla tiegħek sabiex jagħżel/tagħżel ktieb
Il-fatt li inti lest li taqra ktieb li ġie magħżul mit-tifel/tifla tiegħek juri li inti tagħti valur lill-opinjoni tiegħu/tagħha. Meta tifel/tifla jagħżel/tagħżel il-ktieb hu/hi hemm aktar probabilita’ li t-tifel/tifla juri/turi interess fil-ktieb.
- Oqgħod viċin tat-tifel/tifla
Ħajjar lit-tifel/tifla iżomm/żżomm il-ktieb hu/hi. Ara li l-paġni jiġu mdawwra mit-tifel/tifla.
- Uri l-istampi
Jekk ikun hemm l-istampi pprova agħmel konnessjoni ma’ xi ħaġa li t-tifel /tifla diġà għandhom esperjenza tagħha. Jekk hemm stampa ta’ ġnien fakkar lit-tifel/tifla fi ġnien li diġà mortu fih. Itlobhom jiddeskrivu l-karattri (Eżempju: X’inhu liebes? X’tip ta’ xogħol taħseb li jagħmel? Għaliex?) jew jgħidu x’jaħsbu li ser jiġri wara. Ħajjarhom jgħidu l-istorja billi jħarsu lejn l-istampi.
- Ħajjar lit-tifel/tifla sabiex jitkellmu fuq il-ktieb
Waqt li t-tfal qed jitkellmu fuq il-karattri u fuq dak li l-karattri jkunu għamlu fl-istorja jkunu qed jifhmu ċerti dilemmi – Għaliex fl-istorja ta’ Jack u s-Siġra tal-Fażola, Jack seraq l-arpa? Għamel sew? Għaliex? Meta tkun qed taqra lit-tfal għandek l-opportunita’ li tiddiskuti ħafna affarijiet magħhom – Tajjeb li tieħu xi ħaġa li mhijiex tiegħek? Għaliex? Kieku inti hekk kont tagħmel? Agħti lit-tifel/tifla ċ-ċans li jaħseb/taħseb u jirrispondi/tirrispondi. Staqsi x’ser jiġri wara, kif qed iħossu l-karattru tal-istorja, kif qed iħossuhom huma waqt li qed jisimgħu l-istorja.
- L-aktar ħaġa importanti hija li t-tifel/tifla ikun/tkun qed jieħu/tieħu pjaċir!
L-aktar ħaġa importanti hija li kemm inti kif ukoll it-tifel/tifla tiegħek tkunu qed tieħdu gost. Il-ħin li tgħaddi taqra lil uliedek hu ħin prezzjuż li t-tfal mhu ser jinsewh qatt!
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom
A.Debattista (Kap tal-Iskola)
E.Jones (Assistent Kap)