F’Ottubru, fil-klassi tagħna kinder 2.5 tkellimna fuq l-istaġun tal-ħarifa. Aħna morna sal-ġnien li jinsab viċin l-iskola tagħna biex naraw il-bidla li qed issir fis-siġar. Meta konna fil-ġnien, rajna weraq ta` kulur differenti, kien hemm weraq ħodor, kannella, sofor, ħomor u oranġjo. Ġbarna ftit weraq minn mal-art sabiex nużawhom fil-klassi għall-attivita’ biż-żebgħa. Xħin konna sejrin il-ġnien, rajna affarijiet oħra li kienu interessanti għalina t-tfal fosthom it-tabelli tat-triq u n-numri tad-djar.
Ms S. Busuttil
Ms A. Mizzi