The Eko Skola Committee 2017-2018
E-Ejjew
K-Komunità
O-Ommijiet
S-Studenti
K-Kunsill
O-Organizzazzjonijiet
L-L-għalliema
A-Adulti
Innaqqsu l-iskart u nirriċiklaw
Tappijiet u batris niskartaw
L-ilma tax-xita għal ġol-bir
U nużaw l-ilma bi ħsieb kbir
Naraw x’nieklu sustanzjuż
Kollox lokali u bżonnjuż
Eżerċizzju ta’ sikwit
Mexxu l-kelma taħdmux fil-kwiet
Id f’id flimkien għall-ħajja aħjar
Kemm l-iskola u anke d-dar.
European Week For Waste Reduction – 18-26th November 2017
Poeżija:
Insewwi flok Narmi
Għandi toqba f’dan il-flokk,
Bl-inkwiet rasi qed inħokk,
Għal flok il-ġdid tgħid indur?
Jew għand il-ħajjat immur?
Tgħid naqtagħlu dawn il-kmiem?
Imma ma nilbsux f’kull żmien?
Din l-idea għandi bżonn
U hekk dan il-flokk inżomm.
X’biċċa ġrali! X’waħda din!
Inqatali ċ-ċintorin!
Imma x’naqbad nagħmel bih?
Tgħid inwarrbu, jew narmih?
Imma le, dan ma nagħmlux
Għaliex aħna ma narmux
Erġajt mort għand l-iskarpan
U bħal ġdid reġa’ ġie dan.
Iii tqattali l-qalziet!
Nixtri ieħor jew narmih?
Kieku kelli nsewwih
Xorta nibqa’ noħroġ bih.
Tabella nħit fuqu
Ta’ reġina jew mutur
Il-qalziet nirranġah żgur
Ħalli bih inkompli ndur.
Kont qed nilgħab bil-ballun
X’ħin tqattagħli ż-żarbun
X’nagħmel? Naqbad u narmih?
Jew inkella insewwih?
Għand l-iskarpan nerġa’ mmur,
Lilu nagħti kull unur,
Jekk jirranġa ż-żarbun,
Sabiex nilgħab bil-ballun.
Sibt rota ċkejkna fil-garaxx
Li narmiha? Ma tarax!
Braxtha ftit, tajtha l-kulur
Biha ħija ż-żgħir idur.
Sibt mqass li m’għadux jaqta’
Dlonk narmih? nizbarazza?
Le. Nieħdu għand is-sennien
Jiġi jaqta’ bħal ma kien.
It-tyre tal-karozza tqatta’
Inneħħih u narmih barra?
Ġewwa l-ġnien jien inpoġġih
Niżra’ fjuri kollha fih.
Tirranġa u terġa’ tuża
Hi frażi tassew bżonjuża
Issegwiha faċilment
Jekk inti tħobb daqshekk l-ambjent!
Jekk intom tagħmlu bħalna
Għax ħadd ma jibda jġagħlna
Hekk ngħixu kollha bl-unur
Li nafu naħsbu għall-futur!
Miktuba mill-għalliema tat-tieni sena:
Ms D. Seisun Incorvaja
Ms A. Sapiano
Ms F.Debono
Ms M.Vella Montebello
Ms M. Buttigieg Brooks
Members of the Eko Skola Committee discussing environmental issues with Mr E. Vassallo (College Principal) and with Mr A. Debattista (Head of School)
Our Garden Patch
Olive Picking
https://www.gardeningknowhow.com/edible/fruits/olive/harvesting-olive-trees.htm
Preserving Olives
https://chiotsrun.com/wp-content/uploads/2011/01/Home-Curing-Olives.pdf
Special Assemblies
Celebrating Our Love Towards Animals
Special Assembly
Members of the Police Mounted Section Visit Zabbar A
https://pulizija.gov.mt/en/police-force/police-sections/Pages/Mounted-Section.aspx
Special thanks to Ms J. Pace (Music Teacher)