ADHD AWARENESS DAY

On Monday 14th October our school will be having a Fun Fit Football ADHD Awareness Day. This is a unique program designed to raise awareness about Attention Deficit Hyperactivity Disorder (ADHD) in a fun and engaging way. Organized by the IFF and ADHD Malta, the program brings schools across Malta together for a simultaneous football activity across primary school in Malta. It’s about encouraging a sense of inclusion and understanding of students with ADHD. The activity highlights the importance of early diagnosis and intervention for ADHD, a common and treatable condition. By participating, students not only learn about ADHD but also experience the benefits of sports and physical activity for their mental and physical well-being. This collaborative effort extends beyond the students, aiming to raise awareness about ADHD within the entire school community and society at large. It’s a win-win for everyone involved, promoting understanding, celebrating differences, and highlighting the positive impact of sports and mental health.

For this event, on 14th October students are asked to wear an orange or white t-shirt, sport shoes and school’s tracksuit shorts. They can wear orange accessories as orange is the colour associated with ADHD Awareness.

Thank you.

The School Administration

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Ottubru l-iskola tagħna se jkollha Fun Fit Football ADHD Awareness Day. Dan huwa programm uniku maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar l-Attention Deficit Hyperactivity Disorder (ADHD) b’mod divertenti u impenjattiv. Organizzat mill-IFF u l-ADHD Malta, il-programm jgħaqqad skejjel madwar Malta flimkien għal attività simultanja tal-futbol fl-iskejjel primarja f’Malta. Dan jippromwovi sens ta’ inklużjoni u fehim għall-istudenti bl-ADHD. L-attività tenfasizza l-importanza ta’ dijanjosi bikrija u intervent għall-ADHD, kundizzjoni komuni u li tista’ tiġi mgħejuna. Billi jipparteċipaw, l-istudenti mhux biss jitgħallmu dwar l-ADHD iżda wkoll jesperjenzaw il-benefiċċji tal-isports u l-attività fiżika għall-benesseru mentali u fiżiku tagħhom. Dan l-isforz kollaborattiv jestendi lil hinn mill-istudenti, bil-għan li jqajjem kuxjenza dwar l-ADHD fi ħdan il-komunità skolastika kollha u s-soċjetà inġenerali. Dan il-programm jippromwovi l-fehim, jiċċelebra d-differenzi, u jenfasizza l-impatt pożittiv tal-isports u s-saħħa mentali.

Għalhekk għal din l-attività, fl-14 ta’ Ottubru, l-istudenti huma mitluba jilbsu flokk oranġjo jew abjad, sports shoes tal-iskola u x-xorts tal-iskola. Jistgħu jilbsu aċċessorji oranġjo peress li l-oranġjo huwa l-kulur assoċjat ma’ din l-okkajoni.

Grazzi.

L-Amministrazzjoni tal-Iskola

This entry was posted in School. Bookmark the permalink.