






It-tema ta’ din il-pittura li qed tigi murija fl-iskola ta’ Żabbar A, hija li fejn hemm l-ilma hemm il-ħajja. Ġejt inspirata minn artist partikolari li kien iħobb ipinġi pjanti u annimali li ma kontx issibhom kullimkien. Il-pittura għandha pjanti u annimali li m’għandniex ix-xorti li ingawduhom fuq il-gżejjer Maltin. Tajt l-opportunità biex l-ispettaturi ċkejknin tagħna jgawdu din il-ħajja mdawra max-xmara. Wieħed jista jara bosta pjanti u ħlejjaq differenti, li minkejja id-differenzi bejniethom xorta waħda jirnexxilom jgħixu f’paċi u armonija. Dan jista’ jkun ta’ riflessjoni lill-ispettaturi, għaliex għalkemm kulħadd għandu d-differenzi u karatteristiċi uniċi hija xi ħaġa ferm sabiħa li jirnexxilna naħdmu u ngħixu trankwilli flimkien bl-istess armonija.
Ms Norma Ann Cutajar