It-tim tal-iSpiritual Development in Schools fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta se
jorganizza webinar li għalih huma mistiedna l-ġenituri u l-kustodji tal-istudenti
tal-iskejjel kollha tal-Istat u Indipendenti.
Din il-laqgħa onlajn se ssir fis-7 ta’ Marzu 2022 bejn is-7:30 u t-8:30 ta’ filgħaxija
u t-tema se tkun: Kif se ngħix ir-Randan fid-dar? Is-suġġett ser ikun preżentat
mill-edukatriċi is-Sa Mariella Catania.
Min jixtieq jipparteċipa f’din il-laqgħa mitlub jirreġistra f’din il-link:
https://sds.mt/lent-at-home/. Il-link għall-webinar tirċeviha fil-jiem aktar qrib
il-webinar.

