Niċċelebraw il-Ġimgħa tal-Ktieb

Il-Jum Dinji tal-Ktieb huwa organizzat mill-UNESCO u f’Malta dan il-jum jiġi ċċelebrat fit-23 ta’ April.  Intgħażel dan il-jum partikolari għax din hija data simbolika għad-dinja tal-letteratura għall-fatt li l-kittieba ta’ fama dinjija, Miguel de Cervantes, William Shakespeare u Inca Garcilaso de la Vega, ilkoll mietu f’dan il-jum fl-1616. Għal din ir-raġuni, biex jingħata ġieh lill-kittieba u l-kotba, f’dan il-jum partikulari id-dinja kollha tiġi mħeġġa biex tiskopri l-gost u l-imħabba għall-qari.

Matul is-snin skolastiċi li għaddew, l-Iskola Primarja Żabbar A kienet tiddedika ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet kollha marbuta mal-kittieba, il-kotba u l-qari. Il-mira ta’ dawn l-attivitajiet kienet tkun biex jintbagħat messaġġ b’saħħtu dwar l-importanza tal-litteratura u l-ambjent letterarju li kien jifrex madwar l-iskola kollha u jinvolvi kull student mill-eta` tenera ta’ 3 snin jiġifieri li jkunu għadhom fl-ewwel sena tal-Kinder sa dawk li jkunu fit-tieni sena primarja.

Sfortunatament, din is-sena, il-pandemia tal-COVID-19 ħassret iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa tal-Ktieb ġewwa l-iskola, imma intom bħala ġenituri/kuraturi tistgħu xorta tnisslu u ssaħħu l-imħabba għall-qari fit-tfal tagħkom. L-eżempju li tistgħu tagħtu intom bħala ġenituri/kuraturi jista’ jkun ix-xrara li tkebbes l-interess għall-qari fit-tfal. Meta turu lit-tfal li l-qari jfisser għalikom dik il-parti tal-ġurnata li tant tagħtikom gost, it-tfal ikunu qed jiġu esposti għal imġiba pożittiva li jkun jistgħu jikkupjaw. Il-ħin li tqattgħu taqraw mat-tfal tagħkom mhux biss ikebbes l-interess għall-qari imma jgħinhom ukoll jagħmlu l-konnessjoni bejn il-qari u l-pjaċir. Il-qari ma jibqax ifisser xi ħaġa li jridu jagħmlu bilfors, imma xi ħaġa li jagħmlu għax tagħtihom gost.

Membri tat-tmexxija tal-iskola jaqraw il-kotba favoriti tagħhom filwaqt li qegħdin id-dar matul il-pandemia tal-COVID-19.

Hawn tistgħu ssibu link li teħodkom direttament f’attivitajiet ta’ Book Weeks li għaddew. Nisperaw li dawn il-memorji jqanqlu fikom ix-xewqa li taqraw aktar kotba lit-tfal jew mat-tfal tagħkom

It-Tim tal-Litteriżmu tal-Kulleġġ qiegħed ukoll joħloq materjal/attivitajiet marbuta ma’ awturi famużi ta’ kotba, poeżiji u stejjer. Ninkuraġġukom tidħlu fid-dinja ta’ dawn l-awturi għax ‘il-qari jagħtina xi mkien fejn nistgħu mmorru mingħajr ma niċċaqilqu minn fejn inkunu’. Ħudu ħsieb, oqogħdu d-dar u Jum il-Ktieb it-tajjeb lil kulħadd!

Tfal li jixtiequ jieħdu sehem fil-kompetizzjoni jistgħu jibagħtu email fuq: smc.zabbar.pra@ilearn.edu.mt

Celebrating Book Week

World Book Day is organised by UNESCO and in Malta it is celebrated on the 23rd of April.  This particular day was chosen as it is a symbolic date for world literature.  The great writers,  Miguel de Cervantes, William Shakespeare and Inca Garcilaso de la Vega all died on this day in 1616.  So, to pay tribute to books and authors, on this date everyone is encouraged to discover the pleasures of reading.

During previous scholastic years, Zabbar Primary A used to plan a full week of activities dedicated to authors, books and reading.  These activities, which were aimed at sending a strong message on the importance of literacy and the literate environment spanned across the whole school and involved every pupil from the three year olds in kindergarten classes to the 7 year-olds in the year 2 classes. 

Sadly, the COVID-19 pandemic has spoiled our school’s book week celebrations but, as parents/carers you can still encourage your children to love books.  The example of reading that you as the parent/carer set to your child may well foster his or her own interest in books.  Showing your child that reading is one of the most enjoyable parts of your day will present your child with a positive behaviour that s/he can copy. Moreover, finding the time to read with your child will not only sustain her/his interest in reading but will also serve to help him/her reinforce the connection between reading and pleasure. 

Members of the School Leadership Team reading their favourite books whilst at home during the CODIV-19 pandemic

Click on this link to view past book week activities held at our school. We hope that this trip through memory lane will inspire you to read more books to and with your children.

The College Literacy Team has also created teaching material/activities related to famous children’s authors and books/poems/stories written by these authors.  We encourage you to immerse yourselves in the worlds of these authors as “reading gives us some place to go, when we have to stay where we are.”  Stay safe and Happy World Book Day!         

Children can participate in the competition by sending in their preference and a short book review (why they like the book, as in the example on the slide). Entries are to be sent to: smc.zabbar.pra@ilearn.edu.mt

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.