Għeżież ġenituri/kustodji,
Nittama li tinsabu tajbin.
MS Teams:
L-għalliema tagħkom se tibda tuża l-Microsoft TEAMS mat-tfal tagħkom. Għalhekk qed inħajrukom li tniżżlu dan il-Microsoft TEAMS billi tużaw din il-link:
https://products.office.com/en-ww/microsoft-teams/download-app
biex tkunu tistgħu tkomplu max-xogħol u attivitajiet li ġa hemm jew li se jkun hemm.
Dan huwa b’xejn u intom m’intomx se tħallsu għalih. Importanti li ma tużawhx online imma tissejvjawh fuq id-Desktop.
Din hija link li tista’ tgħinkom:
Importanti wkoll li dan jintuza b’mod tajjeb u dejjem taħt is-supervizjoni tagħkom. Importanti li f’kull ħin intom il-ġenituri/kustodji taraw it-tfal tagħkom x’qed jagħmlu u jiktbu! L-iskop ta’ dan il-Microsoft TEAMS huwa biss li jintuża bħala għodda ta’ taghlim. Napprezza bħal dejjem il-koperazzjoni taghkom.
Email address:
Jekk it-tfal tagħkom ser jidħlu l-iskola għall-ewwel darba din is-sena u/jew biddlitu l-email address tagħkom jekk jogħġobkom ipprovdu lill-iskola l-email address tagħkom. Se jkollna bżonn nibagħtu avviżi importanti u xi informazzjoni permezz tal-emails allura huma importanti li tipprovdulna email address biex aħna nserrħu rasna li dawn l-avvizi/informazzjoni jaslu għand kulħadd. Dawn se jibdew jintbagħtu anke fuq l-ilearn tat-tfal tagħkom. Jekk jogħġobkom ibagħtu email lill-iskola bl-isem tat-tfal tagħkom fuq smc.zabbar.pra@ilearn.edu.mt halli aħna naġġornaw id-database mill-aktar fiss possibbli.
Min ikollu xi problema jista’ jċempel l-iskola fuq 25985190.
Saħħiet u ħudu ħsieb!
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom
Tislijiet
Is-Sa. P. Lombardo
Kap tal-Iskola