Your Participation Matters
School Council Elections in all State Schools will be held in January/February 2021. The
results of these elections will determine the composition of the School Council for the
period between January 2021 and December 2022.
School Councils in Primary, Middle and Secondary Schools are made up of a President,
the Head of School who is the secretary/treasurer, three parents and three educators. Both
parents and educators are elected, the former by parents/guardians of students and the
latter by the school’s educators.
The role of these Councils is not limited to fund raising and similar activities.
School Councils have to:
• administer the School Council funds
• discuss ways and means to increase parental involvement
• discuss the curriculum and the educational services offered by the school
• make suggestions to the Directorates of Education
• discuss the school amenities and environment and propose ways to improve them
• discuss any problems related to the students’ well-being.
Parents are encouraged to use their right to contest and to vote in the forthcoming School
Council Elections.
As Parents: your participation matters
Important Dates:
11th January 2021: Opening of Nominations
17th January 2021: Closure of Nominations
1st February – 6th February 2021: Voting online at https://education.gov.mt/en/school-council-elections/pages/elections-login.aspx
Is-Sehem Tiegħek Jagħmel Differenza
L-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi fl-Iskejjel tal-Istat ser isiru bejn Jannar u Frar 2021.
F’dawn l-elezzjonijiet jiġu eletti l-membri tal-Kunsilli Skolastiċi għas-sentejn li ġejjin (Jannar
2021 – Diċembru 2022).
Il-Kunsilli Skolastiċi fl-iskejjel Primarji, Medji u Sekondarji huma magħmula minn President,
il-Kap tal-Iskola li huwa s-segretarju/teżorier, tliet ġenituri u tliet edukaturi. It-tliet ġenituri jiġu eletti mill-ġenituri, filwaqt li t-tliet edukaturi jiġu eletti mill-edukaturi tal-iskola.
Minbarra l-organizzazzjoni u s-sehem f’attivitajiet biex jinġabru l-fondi, f’ħarġiet, f’attivitajiet
soċjali u f’ħidmiet simili, il-Kunsilli Skolastiċi għandhom il-fakultà li:
• jamministraw il-fondi tal-Kunsill tal-iskola
• jiddiskutu metodi u mezzi biex tikber il-parteċipazzjoni u kontribuzzjoni tal-ġenituri
• jiddiskutu l-kurrikulu u s-servizzi edukattivi li toffri l-iskola
• jagħmlu suġġerimenti lid-Direttorati tal-Edukazzjoni
• jikkonsidraw it-titjib tal-ambjent fiżiku, kulturali, estetiku u morali tal-iskola
• jiddiskutu problemi relatati mal-istudenti bħala grupp.
Jekk int ġenitur/kustodju titlifx din l-okkażjoni. Għin lill-iskola ta’ wliedek billi tikkontesta u
tivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi.
Uri l-interess tiegħek fl-edukazzjoni ta’ wliedek
Agħti s-sehem tiegħek f’dawn l-Elezzjonijiet
Dati importanti:
11 ta’ Jannar 2021: Jiftħu n-nominazzjonijiet
17 ta’ Jannar 2021: Jagħlqu n-nominazzjonijiet
1 ta’ Frar sas-6 ta’ Frar 2021: Votazzjoni onlajn mis-sit https://education.gov.mt/en/school-council-elections/pages/elections-login.aspx