Il-Programm tal-Litteriżmu Klabb Naħla / Klabb Naħla Literacy Programme

Klabb Naħla huwa programm ta’ intervent fil-litteriżmu maħsub għal tfal li jsibuha bi tqila jaqraw u jiktbu. Dan il-programm jikkumplimenta l-appoġġ li dawn it-tfal jingħataw fl-iskola matul il-ġurnata. L-istudenti li jieħdu sehem fi Klabb Naħla jsaħħu l-ħiliet tal-litteriżmu tagħhom fil-Malti jew fl-Ingliż, skont il-bżonnijiet tagħhom. It-tuturi tal-litteriżmu ta’ Klabb Naħla jkunu edukaturi li jgħallmu fl-iskola tal-istudenti stess. L-Aġenzija Nazzjonail tal-Litteriżmu tagħti appoġġ lill-iskejjel fl-ippjanar u t-twettiq ta’ dan il-programm.

Is-sessjonijiet jingħataw wiċċ imb wiċċ lil gruppi ta’ studenti ta’ mhux aktar minn sitt itfal u jsiru darbtejn fil-ġimgħa, l-iskola. Min hu nteressat japplika jikkuntattja l-iskola minnufih.

This entry was posted in School. Bookmark the permalink.