
Waqt il-kunsill skolastiku kien ġie maqbul li jinġabru l-flus għall-Pink October.
Inġabret is-somma sabiħa ta’ 390 euro. Volontiera tal-Hospice, is-Sinjura Lorraine Cauchi, ingħatat din id-donazzjoni.
Hi rringrazzjat lil kulħadd ta’ dan il-ġest sabiħ u tal-ammont sabiħ li tajniha f’isem l-iskola tagħna.
Grazzi lis-Sa Katia Zammit li għamlet kuntatt mal-Hospice biex jiġu l-iskola ħalli ntuhom din id-donazzjoni.
