School Council Nominations/ Elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiku

Posted in School | Leave a comment

World Children’s Day

The School Council is inviting students to come to school on the 18th of November wearing jeans, a shirt (any colour) and sports shoes against a donation of 1 Euro.

Thank You,

The School Council

Fit-18 ta’ Novembru l-Kunsill Skolastiku ssuġġerixxa li l-istudenti jiġu l-iskola libsin jeans u flokk kulur li jridu u sports shoes.  Donazzjoni ta’ Ewro hija apprezzata.

Grazzi,

Il-Kunsill Skolastiku

Posted in School | Leave a comment

Christmas Plant Sale/ Bejgħ ta’ Pjanti

Dear parents/guardians,

In preparation for the Christmas season, we would like to inform you that the school would be having Poinsettias and Hollies for sale. The Poinsettias (pot size 15cm) will be sold for the price of €5 each and the Hollies (pot size 15cm) will be sold for the price of €10 each. If you would like to place an order, please send the exact amount of money to school with your son/daughter between Monday 14th November and Monday 21st November only. No orders will be accepted after the 21st November. The plants will be delivered after the 5th December.

Thank You,

The School Council

Għeżież ġenituri/kustodji,

Bħala attivita` għall-Milied nixtiequ ninfurmawkom li l-iskola ser ikollha l-Ponsjetti u ‘Hollies’ għall-bejgħ. Il-Ponsjetti ser ikunu jiswew €5 (pot ta’ 15-il cm) u l-‘Hollies’ ser ikunu jiswew €10 (pot ta’ 15-il cm). Jekk tkunu tridu tordnaw jekk jogħġobkom ibagħtu l-ammont eżatt mat-tfal mit-Tnejn 14 ta’ Novembru sat-Tnejn 21 ta’ Novembru biss. Ordnijiet wara l-21 ta’ Novembru ma jiġux aċċettati.  Il-pjanti ser jibdew jitqassmu fil-5 ta’ Diċembru.

Grazzi,

Il-Kunsill Skolastiku

How to care for poinsettias

Grow your poinsettia in bright, indirect light, in a draught-free spot with a temperature of around 13-15°C. The most common problem when growing poinsettias is that the leaves wilt and drop off. This is a sign of cold conditions. Remember poinsettias are from Mexico and need to be kept at a minimum temperature of 13ºC, away from draughts (including near doors, fireplaces or single-glazed windows).Water sparingly, typically when the surface of the compost has started to dry out. Mist regularly to increase humidity and keep the colourful bracts looking their best for longer. After Christmas, feed monthly with a high potassium liquid feed.

How to care for Hollies

Most hollies prefer a site that receives morning sun, or slightly shaded. They need a moist, but well drained soil, enriched with lots of organic matter. They will grow in most soil types. The holly is an evergreen small tree or large shrub with spiny, dark green, lustrous leaves and grey bark. Seedless red berries borne in profusion are attractive in winter. Should be protected from sun in hot, dry areas. Prefers acid soil.

Posted in School | Leave a comment

Pink October Donation

Waqt il-kunsill skolastiku kien ġie maqbul li jinġabru l-flus għall-Pink October.

Inġabret is-somma sabiħa ta’ 390 euro. Volontiera tal-Hospice, is-Sinjura Lorraine Cauchi, ingħatat din id-donazzjoni.

Hi rringrazzjat lil kulħadd ta’ dan il-ġest sabiħ u tal-ammont sabiħ li tajniha f’isem l-iskola tagħna.

Grazzi lis-Sa Katia Zammit li għamlet kuntatt mal-Hospice biex jiġu l-iskola ħalli ntuhom din id-donazzjoni.

Posted in School | Leave a comment

Pittura ġdida fl-iskola

It-tema ta’ din il-pittura li qed tigi murija fl-iskola ta’ Żabbar A, hija li fejn hemm l-ilma hemm il-ħajja. Ġejt inspirata minn artist partikolari li kien iħobb ipinġi pjanti u annimali li ma kontx issibhom kullimkien. Il-pittura għandha pjanti u annimali li m’għandniex ix-xorti li ingawduhom fuq il-gżejjer Maltin. Tajt l-opportunità biex l-ispettaturi ċkejknin tagħna jgawdu din il-ħajja mdawra max-xmara. Wieħed jista jara bosta pjanti u ħlejjaq differenti, li minkejja id-differenzi bejniethom xorta waħda jirnexxilom jgħixu f’paċi u armonija. Dan jista’ jkun ta’ riflessjoni lill-ispettaturi, għaliex għalkemm kulħadd għandu d-differenzi u karatteristiċi uniċi hija xi ħaġa ferm sabiħa li jirnexxilna naħdmu u ngħixu trankwilli flimkien bl-istess armonija.

Ms Norma Ann Cutajar

Posted in School | Leave a comment

ADHD Awareness Day

On Friday 28th October our school will be celebrating ADHD Awareness Day. For this event students are asked to wear jeans, an orange or white shirt/t-shirt and running shoes. They can wear orange accessories as orange is the colour associated with this condition.

Thank you.

The School Council

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru l-iskola tagħna se tiċċelebra Jum l-Għarfien ta’ ADHD. Għal dan l-avveniment l-istudenti huma mitluba jilbsu jeans, qmis/t-shirt oranġjo jew abjad u sports shoes. Jistgħu jilbsu aċċessorji oranġjo peress li l-oranġjo huwa l-kulur assoċjat ma’ din il-kundizzjoni.

Grazzi.

Il-Kunsill Skolastiku

Posted in School | Leave a comment

Pink October

On Friday 21st October, our school will be celebrating Pink October. For this event, students are asked to wear jeans, a pink or white shirt/t-shirt and running shoes against a donation of 1 Euro. They can also wear pink accessories. This is a fund raising activity and the amount collected will be donated to Hospice Malta.

Thank you.

The School Council

Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru l-iskola tagħna se tiċċelebra Pink October. Għal dan l-avveniment l-istudenti huma mitluba jilbsu jeans, qmis/t-shirt roża jew abjad u sports shoes. Jistgħu jilbsu aċċessorji roża. Donazzjoni ta’ Ewro hija apprezzata. l-ammont li ser jinġabar ser jingħata lil Hospice Malta.

Grazzi.

Il-Kunsill Skolastiku

Posted in School | Leave a comment

Bla Biża’

This link is the first of of six videos that have been recorded, about Bullying, Conflict, Bystanders, Restorative Practices etc.  

https://www.facebook.com/watch/?v=1097510787547873

Posted in School | Leave a comment

Works done during the summer holidays

Plastering of some classrooms

Refurbishing of reception

Turf in both yards plus marking

Posted in School | Leave a comment

School Maintenance

Posted in School | Leave a comment