Dear parents/guardians,

I hope this email finds you well.

MS Teams:

Teachers will be using Microsoft TEAMS with your child/children. So I am suggesting that you download Microsoft TEAMS by using this link:

https://products.office.com/en-ww/microsoft-teams/download-app

This is free so you will not pay anything. It is important that you do not use it online but it is best that you download it and save it on your Desktop.

Here you can find the link that may help you:

It is important that this is used properly and under your supervision. It is also important that parents/guardians see at all times what their children are doing and writing. The aim of Microsoft TEAMS is to be used only as a learning tool. I appreciate your collaboration.

Email address:

If you are new at Zabbar Primary A or have changed your email address, please supply the school with a vaild parents’/guardians’ email address. We shall be needing it, to send notices and information, thus we want to make sure that everybody will be receiving them. These notices/information will also be sent on your child’s ilearn email address. Please send an email to the school with your child’s name on smc.zabbar.pra@ilearn.edu.mt. This will help us to update our database as soon as possible.

In case of any problem do not hesitate to contact school on 25985190.

Thanks in advance for your cooperation.

Regards

Ms. P. Lombardo

Head of School

Posted in School | Leave a comment

Għeżież ġenituri/kustodji,

Nittama li tinsabu tajbin.

MS Teams:

L-għalliema tagħkom se tibda tuża l-Microsoft TEAMS mat-tfal tagħkom. Għalhekk qed inħajrukom li tniżżlu dan il-Microsoft TEAMS billi tużaw din il-link:

https://products.office.com/en-ww/microsoft-teams/download-app

biex tkunu tistgħu tkomplu max-xogħol u attivitajiet li ġa hemm jew li se jkun hemm.

Dan huwa b’xejn u intom m’intomx se tħallsu għalih. Importanti li ma tużawhx online imma tissejvjawh fuq id-Desktop.

Din hija link li tista’ tgħinkom:

Importanti wkoll li dan jintuza b’mod tajjeb u dejjem taħt is-supervizjoni tagħkom. Importanti li f’kull ħin intom il-ġenituri/kustodji taraw it-tfal tagħkom x’qed jagħmlu u jiktbu! L-iskop ta’ dan il-Microsoft TEAMS huwa biss li jintuża bħala għodda ta’ taghlim. Napprezza bħal dejjem il-koperazzjoni taghkom.

Email address:

Jekk it-tfal tagħkom ser jidħlu l-iskola għall-ewwel darba din is-sena u/jew biddlitu l-email address tagħkom jekk jogħġobkom ipprovdu lill-iskola l-email address tagħkom. Se jkollna bżonn nibagħtu avviżi importanti u xi informazzjoni permezz tal-emails allura huma importanti li tipprovdulna email address biex aħna nserrħu rasna li dawn l-avvizi/informazzjoni jaslu għand kulħadd. Dawn se jibdew jintbagħtu anke fuq l-ilearn tat-tfal tagħkom. Jekk jogħġobkom ibagħtu email lill-iskola bl-isem tat-tfal tagħkom fuq smc.zabbar.pra@ilearn.edu.mt halli aħna naġġornaw id-database mill-aktar fiss possibbli.

Min ikollu xi problema jista’ jċempel l-iskola fuq 25985190.

Saħħiet u ħudu ħsieb!

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom

Tislijiet

Is-Sa. P. Lombardo

Kap tal-Iskola

Posted in School | Leave a comment

Linji gwida u informazzjoni għall-Ġenituri/Gwardjani (fuq struzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika)

Bħalissa l-iskola tinsab fil-proċess li tilqa’ mill-ġdid ’l-istudenti u qed tagħmel minn kollox biex tieħu l-miżuri kollha neċessarji minħabba l-imxija. Għalhekk waqt li f’dawn il-ġranet ser inkomplu inżommukom informati, ser inkunu qed naġġornawkom wkoll dwar meta se jibdew l-istudenti, Year group, Year group, dwar il-pick-up points tat-trasport u tagħrif ieħor meħtieġ bħal dan li ġej.

Filgħodu qabel l-istudenti jitilqu mid-dar għall-iskola

· It-tfal m’għandhomx jintbagħtu l-iskola jekk iħossuhom ma jifilħux. Ikkonsultaw tabib.

· Għalhekk filgħodu l-ġenituri/gwardjani għandhom jiċċekkjaw lil uliedhom għal dawn is-sintomi u jżommu t-tfal id-dar f’każ li xi wieħed minn dawn ikun preżenti:

· Temperatura ta’ 37.2 oC jew ogħla

· Uġigħ tal-griżmejn

· Tqaħqiħa ġdida mhux ikkontrollata

· Dijarrea, remettar, uġigħ ta’ żaqq

· Uġigħ ta’ ras sever

Għalkemm l-iskola se tkun mgħammra bi prodotti għad-diżinfettar, importanti li l-ġenituri/gwardjani jassiguraw li kull student ikollu fuqu prodotti għad-diżinfettar bħal wipes, tissues u ġell għad-diżinfettar tal-idejn.

Trasport

· L-istudenti biss li huma rreġistrati biex jużaw ir-rotta se jkunu qed jitħallew jagħmlu użu mis-servizz. Kull student mistenni jżomm l-istess rotta u mhux se jkun permissibbli li jirkeb vetturi differenti.

· Jekk jogħġobkom infurmaw lit-tifel/tifla biex tilbes il-maskra/vajser tul il-vjaġġ kollu u biex tibqa’ bilqiegħda fejn jgħidilha x-xufier jew is-supervisor.

· L-operaturi tal-vetturi/xufiera se jiddiżinfettaw postijiet li wieħed jaqbad magħhom ta’ spiss wara kull vjaġġ.

· It-Taqsima tat-Trasport tal-Iskejjel se tkun qiegħda tagħmel kontrolli b’mod spontanju biex tassigura li din il-miżura qed tiġi mħarsa.

Breakfast Club

· Studenti rreġistrati għall-Breakfast Club hekk kif jaslu l-iskola se jkunu pprovduti b’kolazzjon ippakkjat minn qabel.

· Hekk kif jiġbru l-kolazzjon huma se jiġu akkumpanjati fil-klassi jew f’post magħżul minn qabel biex b’hekk il-bubble tal-klassi tkun tista’ tinżamm.

Dħul u Ħruġ fl-Iskola

· L-istudent għandu jkun akkumpanjat l-iskola minn ġenitur/gwardjan wieħed.

· Se jintużaw entraturi/postijiet tal-ħruġ differenti skont il-Year Group. Għalhekk waqt dawn il-ġranet ser inkomplu naġġornawkom wkoll dwar dawn id-dettalji.

· Il-ġenituri/gwardjani mistennija jżommu d-distanza rakkomandata huma u jistennew barra l-iskola u mitluba jkunu fil-ħin u jitilqu hekk kif uliedhom jidħlu l-iskola. Rakkomandat li jilbsu maskra jew vajser.

· Mal-wasla tagħhom l-istudenti se jintalbu jiddiżinfettaw idejhom u se titteħdilhom it-temperatura fl-entratura tal-iskola. Jekk student jinstab li għandu temperatura ta’ 37.2oC jew ogħla ma jitħalliex jibqa’ l-iskola.

· Wara l-istudent se jintalab jibqa’ sejjer dritt fil-klassi jew post magħżul minn qabel biex tinżamm il-bubble tal-klassi.

Użu ta’ Maskri/Vajsers

· L-istaff se jilbes il-maskra/vajser tul il-ħin kollu.

· L-istudenti mitluba jiġu l-iskola lebsin il-maskra/vajser.

· L-istudenti mitluba jilbsu l-maskra/vajser fil-partijiet komuni tal-iskola bħal kurituri u tojlits, kif ukoll fuq it-trasport.

· Fl-iskejjel Primarji l-istudenti jistgħu jinżgħu l-maskra/vajser biss fil-klassi u waqt l-Eżerċizzju Fiżiku.

· Il-maskri/vajsers iridu jintgħarfu b’isem it-tifel/tifla. Jekk jogħġobkom ħudu ħsieb ibagħtu mat-tfal borża jew pocket fejn il-maskra/vajser tkun tista’ titqiegħed meta ma tkunx qed tintuża.

· Il-maskri jridu jinħaslu jew jinbidlu kuljum. Il-vajsers iridu jintmesħu u jiġu diżinfettati kuljum.

Il-ġurnata tal-iskola

· Fil-klassi se jkun hemm distanza adekwata bejn l-imwejjed, l-istudenti u l-membri tal-istaff.

· Il-breaks se jkunu f’ħinijiet differenti biex ikun hemm inqas tfal flimkien fl-istess ħin. It-tfal se jitħallew jilagħbu biss ma’ tfal oħra mill-klassi tagħhom.

· Qed inħeġġu lill-għalliema biex fejn possibbli jużaw il-btieħi biex jagħtu l-lezzjonijiet.

· Fil-klassi/kurituri l-bibien/twieqi se jinżammu miftuħa għall-ventilazzjoni.

Il-Garanzija ta’ Ambjent Sigur

· Persuni mhux awtorizzati mhumiex se jitħallew jidħlu l-iskola. L-istudenti u staff awtorizzat BISS se jitħallew jidħlu fl-iskola.

· Aħna nixtiequ li l-ġenituri/kustodji jikkomunikaw magħna bit-telefon, imejl jew permezz tal-komunikazzjoni onlajn li se ngħinu biex titwaqqaf. Id-dettalji ta’ kif għandkom tikkomunikaw magħna jinsabu aktar ‘l isfel.

· Qabel ma jidħlu fl-iskola, il-viżitaturi awtorizzati jridu jiddiżinfettaw idejhom bis-sanitiser ipprovdut u tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom.

· L-iskola se żżomm rekord bid-dettalji tal-persuni awtorizzati kollha li jidħlu fil-bini tal-iskola.

· L-iskola se jkollha stickers imwaħħla apposta biex tgħin lill-istudenti u lill-membri tal-iskola jżommu d-distanza soċjali.

· Se tinżamm sistema organizzata biex wieħed jiċċaqlaq minn post għal ieħor fl-iskola, ie. fil-kurituri wieħed irid dejjem jimxi fuq in-naħa tax-xellug.

· L-assemblies se jinżammu onlajn meta t-tfal ikunu fil-klassi.

· Ma jistgħux isiru ħarġiet mill-iskola sakemm ikun hemm avviż ieħor.

· Parents’ day/evening se jinżammu wkoll onlajn, għalhekk il-ġenituri huma mħeġġa li jniżżlu l-Microsoft Teams. Toqogħdux taħsbuha biex tikkuntattjaw l-iskola, jekk ikollkom bżonn xi ħaġa dwar dan.

· Sanitisers tal-idejn se jkunu mqassma fl-iskola u f’kull klassi.

· Se niżguraw li se jkun hemm l-aqwa kundizzjonijiet iġjeniċi fl-iskola tagħna billi jsir ħasil sew b’mod regolari. It-toilets se jitnaddfu regolarment u se jkun hemm is-sapun u l-karti disposable l-ħin kollu.

F’Każ ta’ Mard

· Jekk student iħossu ma jiflaħx fl-iskola, dan l-istudent irid jittieħed fil-Kamra ta’ Iżolament. Il-ġenituri/kustodji jintalbu biex jiġbru t-tifel/tifla tagħhom. Huwa importanti ħafna li l-ġenituri/kustodji jikkoperaw immedjatament u jikkuntatjaw it-tabib tal-familja.

· Jekk student kien f’kuntatt ma’ xi ħadd li kien ikkonfermat pożittiv għall-COVID 19 fl-aħħar ġimagħtejn, l-istudent għandu jibqa’ d-dar u jfittex il-parir ta’ tabib.

· Jekk l-istudent ikun ivvjaġġa minn pajjiż mhux fil-lista ta’ vvjaġġar (non-corridor) jew ta’ riskju għoli (amber) fl-aħħar 14-il ġurnata, l-istudent għandu jibqa’ d-dar.

Nedukaw lil Uliedna

Il-ġenituri/kustodji huma wkoll imħeġġa biex jissapportjaw il-benesseri ta’ kulħadd billi:

· Ifissru lit-tfal tagħhom li t-tgħanniq u tieħu b’idejn ħaddieħor mhumiex permessi.

· Juru lit-tfal tagħhom kif għandhom jaħslu sew idejhom bis-sapun u l-ilma.

· Jgħallmu lit-tfal tagħhom biex ma jmissux wiċċhom, imneħirhom, ħalqhom u għajnejhom jekk ma jkunux ħaslu jew iddiżinfettaw idejhom immedjatament qabel.

· Jgħallmu lit-tfal tagħhom kif jużaw it-tissues meta jagħtsu/jisogħlu. It-tfal għandhom ikunu mgħallma kif jissoffjaw imneħirhom u jarmu t-tissues użati fil-bins provduti immedjatament wara l-użu tagħhom.

Informazzjoni Ġenerali

· Jekk ikollkom bżonn tikkuntattjaw l-iskola, tistgħu tagħmlu dan billi ċċemplu fuq: 25985190 jew tużaw l-imejl tal-iskola – smc.zabbar.pra@ilearn.edu.mt jew permezz ta’ Microsoft Teams.

Informazzjoni Oħra

· L-attendenza se tittieħed u l-puntwalità hija importanti ħafna. Iċ-ċertifikati tal-mard iridu jiġu ppreżentati jew mibgħuta b’imejl jew jiġu mpustati fil-kaxxa tal-ittri tal-iskola idejalment qabel mal-istudent jirritorna lura l-iskola.

· L-uniformijiet u l-basktijiet għandhom jinħaslu kuljum.

· Ħudu ħsieb li t-tfal ma jiħdux affarijiet l-iskola li ma jkollhomx bżonnhom. Iċċekkjaw il-basktijiet tagħhom kull filgħodu.

· Kull ħaġa mitluba mill-iskola, inkluż ir-reċipjenti tal-ikel u l-fliexken, għandu jkollhom isem it-tfal imwaħħlin fuqhom. Dawn iridu jkunu miktubin b’mod ċar u jinħaslu kuljum.

· L-użu tal-funtani tal-ilma huwa għalissa assolutament ipprojbit. Għaldaqstant, il-ġenituri/kustodji għandhom jaraw li t-tfal ikollhom biżżejjed ilma għal matul il-ġurnata.

· Aħna ninkoraġġixxu lill-ġenituri/kustodji biex jagħtu lit-tfal ikel san ħalli dan ikun jista’ jsaħħilhom is-sistema immunitarja. Fl-iskola, se nkomplu nkattru l-imħabba għal stil ta’ għajxien aktar san.

· Il-kejkijiet mhumiex permessi. Huma permessi biss plain cupcakes li jkunu ppakkjati IMMA ma jistgħux jittieklu fl-iskola. Dawn għandhom jittieħdu d-dar.

· Il-ġenituri/kustodji huma mitluba li jagħtu ċertu responsabbiltajiet lit-tfal u jgħallmuhom jagħmlu xi affarijiet waħidhom. Huwa importanti li jitgħallmu miċ-ċokon kif jilbsu ż-żraben tagħhom, kif jilbsu l-ġkieket u jkunu organizzati.

· Il-ġenituri/kustodji huma mitluba li jinfurmaw lill-iskola jekk ikollhom xi suspett tad-dud fix-xagħar. It-tfal li jkollhom id-dud jintbagħtu d-dar u jkunu jistgħu jmorru lura l-iskola META jkollhom iċ-ċertifikat li juri li huma nodfa u li jistgħu jirritornaw l-iskola.

· It-tfal għandhom bżonn bejn 8 sa 10 sigħat irqad. Tħallux lit-tfal jilagħbu sa tard bil-lejl jew iħallu mobiles, monitors, kompjuters, eċċ., fil-kmamar tas-sodda tagħhom għaliex jistgħu jqumu billejl u joqogħdu jilagħbu. Dan iġib nuqqas ta’ rqad.

· L-ibbuljar mhuwiex aċċettat. Il-ġenituri/kustodji huma mħeġġa jgħallmu lil uliedhom ikunu ġenerużi u jaħfru lil xulxin. Aħna l-adulti għandna nagħtu eżempju tajjeb.

· Jekk ikun hemm xi ħaġa li tinkwetakom, ċemplu lill-iskola mill-ewwel ħalli tiddiskutu l-problema bil-kalma mal-amministrazzjoni tal-iskola.

· Meta l-iskola u l-ġenituri jaħdmu id f’id, it-tfal ikunu aktar kuntenti u jmorru aħjar fl-istudji tagħhom.

Bħal dejjem, aħna nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom u nħarsu ’l quddiem biex nilqgħu lil uliedkom għas-Sena Skolastika 2020/2021.

Posted in School | Leave a comment

Guidelines and information for Parents/Guardians (following instructions by Public Health Authorities)

Our school is currently preparing to welcome students again and we are taking all necessary measures to make it a safe environment to all our students due to the pandemic. Therefore, during the coming days we are going to continue in keeping you informed and also updated about when students are to commence school, Year group, year group, transport pick-up points and other necessary information as the following, hereunder.

Before Coming to School

· Children should not be sent to school if he/she are feeling sick. Consult a doctor.

· Every morning parents/guardians are to check for these symptoms and keep their child at home if any of them are present:

· A temperature of 37.2 oC or higher

· Sore throat

· New uncontrolled cough

· Diarrhoea, vomiting, abdominal pain

· Severe headache

Though sanitising materials will be made available at school, it is important that parents/guardians ensure that every student always carries with them sanitising products such as disinfectant wipes, tissues and hand sanitising gel when attending school.

Transport

· Only students registered to use a specific transport route will be allowed to use the service. All students are to keep to the same route and they may not board different vehicles.

· Please inform your child to keep the mask/visor on at all times during the trip and to stay seated where the driver or the on-board supervisor instructs.

· Vehicle operators/drivers will be cleaning high grip areas between each school trip.

· The School Transport Section will be performing spot checks to ensure that this measure is being adhered to.

Breakfast Club

· Students registered for breakfast club will be provided with a pre-packed breakfast upon their arrival at school.

· Once they collect the pre-packed breakfast they will be led to class or to a designated area (as instructed) so that the classroom bubble is kept.

Entering and Exiting the School

· Only one parent/guardian (Primary school) is to accompany the student to school.

· We will be using different entrances/exits according to Year groups. More information will be given in the coming days.

· Parents/guardians are to maintain the recommended social distance when waiting outside the school premises and are kindly asked to arrive on time and to leave as soon as their child/ren are admitted in the school. It is also recommended that they wear a face mask or visor.

· Upon arrival students will be asked to sanitise their hands and a temperature check will be taken at the entrance. If a child has a temperature which is equal or higher than 37.2oC, he/she will not be able to stay at school.

· As soon as your children enter the school premises, they will be asked to go straight to their classroom or designated area so that the group bubble is maintained.

Use of Masks/Visors

· Staff will be wearing masks/visors at all times.

· Students need to come to school wearing a visor or a mask.

· Students will also wear their masks in all common areas including corridors and toilets, as well as on school transport.

· Students can remove the mask/visor in class and when doing Physical Education.

· Masks/Visors should be labelled with the child’s name. Please provide a bag or labelled pocket so that your child can store the mask in it when it is not in use.

· Masks need to be either changed or washed daily. Visors should also be wiped clean and disinfected every day.

The School Day

· In class, there will be adequate distancing between desks, students and staff.

· We will have staggered breaks to have less students in the yard at the same time. Children will be allowed to play only with children from their own class during breaktime.

· We are encouraging teachers to use outdoor yards to deliver lessons when possible.

· In class/corridors, all windows/doors will be kept open to allow ventilation.

Ensuring a Safe Environment

· Unauthorised personnel will not be allowed to enter the school. ONLY students, and authorised personnel will be allowed in school.

· Parents/guardians may not visit school. However, we welcome you to use other forms of communication to communicate with us such as phoning, emails or online means. Details on how to contact us are provided further on.

· Before entering the school premises, authorised visitors need to sanitise their hands with the sanitiser provided and their temperature will be checked.

· The school will keep a record and details of all authorised personnel who enter the school premises.

· The school will have stickers in place as needed to support our pupils and staff members to keep social distance.

· An organised system for moving from one place to another in the schools will be in place, ie. all corridors will adopt a keep-left traffic system.

· Assemblies will be held online when children are in class.

· No school outings can take place until further notice.

· Parents’ day/evening will also be held online so parents are encouraged to download Microsoft Teams. Do not hesitate to contact the school, should you need any assistance with downloading it.

· Hand sanitisers will be available around the school and in every classroom.

· We will ensure the best hygienic conditions possible within our school by clearning our premises thoroughly and frequently. Toilets will also be cleaned regularly and supplied with soap and disposable paper towels.

In Case of Illness

· If a child starts feeling sick at school, the child will be asked to put on the mask/visor and will be taken to the Isolation Room. Parents/Guardians will be asked to pick up their child immediately and to contact the family doctor.

· If the child has been in contact with anyone who was confirmed as positive to COVID 19 in the last two weeks, the child is to stay at home and the advice of a doctor is to be sought.

· If the child has travelled from a non-corridor country or a country on the amber list in the last 14 days, the child should remain home.

Educating our Children

Parents/Guardians are also encouraged to support the wellbeing of all by continuing to:

· Explain to their child that no hugging or shaking hands is permitted.

· Show their child how to properly wash his/her hands with soap and water.

· Teach their child to avoid touching the face, nose, mouth and eyes if they have not washed or sanitised their hands immediately before.

· Teach their child how to use tissues when sneezing/coughing. Children need to be taught how to blow their nose and to dispose of used tissues in the bins provided immediately after use.

General Information

· If you need to contact the school, you are welcome to do so either by phone on 25985190, through the school email – smc.zabbar.pra@ilearn.edu.mt or via Microsoft Teams.

Other information

· Attendance will be taken and punctuality is very important. Medical Certificates should be sent by email or deposited in the school’s letter-box ideally before student returns back to school.

· Uniforms and bags should be cleaned everyday.

· Please make sure that pupils do not bring non-essential items from home. Check your child’s bag every morning.

· All items requested by the school, including lunchboxes and bottle should be labelled with the child’s name. These need to be clearly labelled and cleaned every day.

· The use of water fountains is currently forbidden. Therefore, parents/guardians are to give children enough water for the day.

· We encourage parents/guardians to provide healthy food to their child as this will boost the child’s immune system. At school, we will continue to instill the love for a healthy lifestyle.

· Birthday cakes are not allowed. Only prepacked plain cupcakes are allowed BUT will not be eaten at school. These will be brought home.

· Parents/Guardians are asked to give tasks to children and teach them to do certain things alone. It is important that they learn from an early age how to put on their shoes, wear their jacket and be organised.

· Parents/Guardians are asked to notify the management of any headlice suspect. Children with headlice will be sent home and will return ONLY with a certificate stating that they are clean and can return to school.

· Children need 8 to 10 hours of sleep. Do not let children play games till late or leave any mobiles, monitors, computers, etc in their bedrooms as it will be easy for them to wake up and play during the night. This will result in lack of sleep.

· Bullying is not tolerated. Parents/Guardians are encouraged to teach their child to be kind and to forgive. As adults, we need to set a good example.

· If something is worrying you, please call the school and discuss the issue calmly with the school’s administration.

· When school and parents work hand in hand, children are happier and fare better at their studies.

As always, we thank you for your cooperation and we look forward to welcoming your child to the Scholastic Year 2020/2021.

Posted in School | Leave a comment

Applikazzjonijiet Għall-Breakfast Club

Ħarġu l-applikazzjonijiet għall-Breakfast Club għal studenti li għandhom iż-żewġ ġenituri li jaħdmu. Il-ġenituri/kustodji legali jistgħu japplikaw għal dan is-servizz permezz tal-link: www.edu.gov.mt/en/breakfastclub

Minħabba s-sitwazzjoni attwali, il-kollazzjon għall-istudenti se jiġi ppakkkjat minn qabel u jingħata mal-wasla fl-iskola.

Posted in School | Leave a comment

Gwida għall-Ġenituri

Il-ġenituri għandhom rwol important sabiex iżommu lil uliedhom f’saħħithom u siguri kemm jista’ jkunmeta jmorru l-iskola.  Dawn il-punti għandhom ikunu gwida sabiex nitgħallmu lkoll flimkien nieħdu ħsieb uliedna. #movingforward

Aqra aktar fuq Newsbreak:  https://newsbreak.edu.mt/2020/09/14/gwida-ghall-genituri/

Posted in School | Leave a comment

School Guidelines regarding Covid19

School absenteeism for the upcoming scholastic year shall not carry a mandatory fine.

Nevertheless, advice from competent authorities is to send children to school as it caters for the academic development of our children.

Posted in School | Leave a comment

Stationery Lists for scholastic year 2020-2021

Attached are the stationery lists for the different year groups. There are two versions of each list, one in Maltese and one in English.

Posted in School | Leave a comment

St Margaret College Kinder and Primary Uniform

Dear parents/guardians,

The new uniforms will be introduced only in Kinder 1, and Yr 1, from Yorkie as from the 1st August. One can click on the following site www.schooluniformsmalta.com to see and order the College uniform without the need to go to the shop.

Għeżież ġenituri/kustodji,

L-uniformijiet il-ġodda se jiġi ntrodotti biss fil-Kinder 1, u Yr1, mingħand il-Yorkie mill-1 t’Awwissu. Tistgħu tidħlu fuq is-sit biex taraw u tordnaw l-uniformi tal-kulleġġ tagħna fuq www.schooluniformsmalta.com mimgħajr ma jkun hemm bżonn li tmorru l-ħanut.

Posted in School | Leave a comment

Questionnaire on how students and adults adapted to online learning

The Ministry for Education and Employment would like to understand how students and the adults who care for them adapted to learning online while schools were closed in order to reduce the spread of coronavirus. For this reason, the Ministry is inviting you to participate in a questionnaire, which will help the Ministry and Schools to plan for the children’s return to school and to plan for similar situations that may arise in the future.

The questionnaire takes around 5 minutes to complete. If you are a parent/guardian/carer responsible for more than one child, please fill-in a questionnaire for each child. The questionnaire will not ask for your name, school or teachers’ names and will not collect any identifying information, in line with the General Data Protection Regulation. In filling in the questionnaire, we are understanding that you have read this information and have agreed to participating in this study.

Click HERE to fill-in the questionnaire in English, or HERE to  fill-in the questionnaire in MalteseThank you in advance forsharing your experience through completing this questionnaire.

If you have any questions about this questionnaire, kindly contact the MEDE Research Unit on 2598 2284. If you have any questions related to Education, kindly call the Education Helpline on 2598 1000.

Kwestjonarju dwar kif l-istudenti u l-adulti adattaw għat-tagħlim on line

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jixtieq jifhem aħjar kif l-istudenti u l-adulti li jieħdu ħsiebhom adattaw għat-tagħlim online fil-perjodu li fih l-iskejjel kienu magħluqin sabiex titnaqqas l-imxija tal-coronavirus. Għalhekk, il-Ministeru qed jistiednek tipparteċipa fi kwestjunarju, li ser jgħin lill-Ministeru u lill-iskejjel biex jippjanaw għar-ritorn tat-tfal fl-iskola u biex jippjanaw għal sitwazzjonijiet simili li jistgħu jinqalgħu fil-futur.

Dan il-kwestjunarju jieħu madwar 5 minuti biex timlieh. Jekk jgħoġbok imla kwestjunarju għal kull tifel/tifla taħt ir-risponsabbiltà tiegħek. Il-kwestjunarju mhux ser jistaqsi x’jismek, l-isem tal-iskola jew l-ismijiet tal-għalliema, u ma jiġbor l-ebda informazzjoni li biha inti tista’ tiġi identifikat, kif inhu mitlub mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

AGĦFAS HAWN biex timla l-kwestjunarju bil-MALTI, jew AGĦFAS HAWN biex timla l-kwestjunarju bl-INGLIŻGrazzi bil-quddiem talli ser taqsam l-esperjenza tiegħek magħna permezz ta’ dan il-kwestjunarju.

Jekk għandek xi domandi dwar dan il-kwestjunarju, jekk jgħoġbok ċempel lit-Taqsima tar-Riċerka fil-MEDE fuq 2598 2284. Jekk għandek xi domandi dwar l-Edukazzjoni, jekk jgħoġbok ċempel il-Helpline tal-Edukazzjoni fuq 2598 1000.

Posted in School | Leave a comment